Fuq NET Television illejla Adrian Delia reġa’ rrepeta fatti żbaljati li diġa’ kienu ċċarati fi tmiem il-ġimgħa. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-PL qal li Delia ma jistax jammetti li kien żbaljat għaliex inkella ma tkunx teżisti l-kriżi fil-ġustizzja li jridna nemmnu li hawn fil-pajjiż.
L-istqarrija temmet tgħid li mhux ta’ b’xejn illum kien hemm min qallu li qisu tal-propoganda Russa u li l-istejjer l-fake news saru l-ordni tal-ġurnata.