Jake u Owen, żewġt itfal li l-ħbiberija tagħhom bdiet fil-klassi tal-iskola u spiċċat fil-Palazz tal-President u li ta’ kuljum jagħtu eżempju lill-adulti li l-umanità tinsab kullimkien.
Meta kellu biss sena, Joanna, omm Jake, saret taf li binha għandu l-kundizzjoni jisimha Neuronal Migration Syndrome. Liema kundizzjoni li t-tfal ma jikkomunikawx bil-kliem, kif ukoll ikollhom limitazzjonijiet fil-motor movements tagħhom.
Iżda minkejja dan, illum il-ġurnata, Jake qed jgħix ħajja mimlija u sabiħa, grazzi wkoll għall-ħabib tal-qalb tiegħu, Owen.
Owen u Jake ltaqgħu l-iskola u saru ħbieb tal-qalb fejn jgħinu lil xulxin fix-xogħol tal-iskola, u jqattgħu ħin flimkien. Fejn ikun hemm bżonn Owen jgħin lil Jake, bil-ħbiberija spiċċat fil-Palazz tal-President fejn ngħataw rikonoxximent għal din il-ħbiberija.