Tkompli l-kriżi politika fir-Renju Unit hekk kif Boris Johnson irriżenja minn Ministru tal-Affarijiet Barranin għar-Renju Unit.
Hu huwa t-tieni Ministru fil-kabinett li rriżinja bl-aħbar toħroġ biss ftit sigħat wara li tħabbret ir-riżenja tal-Ministru għal Brexit, David Davis.
Boris Johnson hu wieħed mill-figuri ewlenin fil-kampanja Brexit fejn l-aħbar dwar ir-riżenja ħarġet ftit qabel Theresa May bdiet tindirizza l-Parlament b’rabta mal-pjani tagħha dwar Brexit, li kawża t’hekk irrabjat diversi membri Parlamentari.
Hi qalet li ma taqbilx maż-żewġ eks Ministri dwar il-mod kif għandu jiġi onorat ir-riżultat tal-vot tal-2016.
Spjegat kif hu mhuwiex Ministru fil-kabinett ordinarju, iżda huwa l-wiċċ tal-kampanja ta’ Brexit.