L-għaqda mhux governattiva Malta Serbian Community għadha kif tat donazzjoni ta’ mitejn ktieb lill-Librerija Pubblika Ċentrali.
Din id-donazzjoni ġiet mogħtija wara kien intwera interess minn din l-għaqda u l-librerija nazzjonali laqgħet l-offerta tagħhom.
Dawn il-kotba li huma kollha bil-lingwa Serba għandhom diversi ġeneri fosthom stejjer fittizji, rumanzi u diversi kotba tal-istorja tas-Serbja.
Cheryl Falzon il-Kap eżekuttiv tal-librerija Nazzjonali laqgħet din l-offerta u laqgħet ukoll il-fatt li issa aktar minn qatt qabel il-librerija Nazzjonali se tkun tista tilqa’ fiha aktar nies b’aktar kulturi differenti. Qalet ukoll li din mhux se tkun offerta ta’ darba u ta’ kull sena din l-għaqda mhux governattiva se tkun qed tagħti numru ta’ kotba lill-libreriji ta’ Malta.