It-tfal Tajlandiżi li nqabdu f’għar f’Chiang Rai, bagħtu ittri lill-ġenituri tagħhom għall-ewwel darba minn meta bdiet l-avventura sfortunata tagħhom ġimgħatejn ilu.
Tifel minnhom kiteb lill-ġenituri u qalilhom biex ma jinkwetawx, filwaqt li staqsa lill-għalliema tiegħu biex ma tagħtihomx ħafna homework.
Il-coach tat-team skuża ruħu mal-ġenituri f’ittra separata li bagħat, iżda l-ġenituri qalulu li mhuwiex it-tort tiegħu.
It-tnax-il tifel u l-coach tagħhom kienu qed jesploraw għar meta nqabdu f’għargħar fit-tlieta u għoxrin ta’ Ġunju.