Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali salvaw qattus li kien maqbud f’ħofra f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Għagħur.
Fil-filmat il-qattus abjad jidher moħbi taħt ġebla jilheġ f’ħofra ta’ madwar tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni.
Kienu persuni li kienu għaddejjin miż-żona fi Triq Żaruna fil-Għargħur li ndunaw bil-qattus fejn wara bosta tentattivi b’għadd ta’ sejħiet għall-għajnuna, kienu l-Protezzjoni Ċivili li rrispondew biex joffru l-għajnuna tagħhom flimkien mad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali.
Fortunatament wara ħidma sfieqa l-qattus ittella’ mill-ħofra u ttieħed l-isptar tal-annimali biex tingħata l-kura meħtieġa.
Ritratti: Pierre Borg