L-istatwi ħadu posthom, il-pavaljuni u l-liedna ddendlu mal-ventijiet u l-manuskritti mużikali ħarġu mil-vetrina tal-każin. Dan sabiex tul din il-ġimgħa tkun iċċelebrata l-festa ad unur San Ġużepp f’Ħal Kirkop.
Festa li din is-sena se tibqa mmarkata f’qalb il-Ġużeppini b’ġemellaġ mużikali bejn l-għaqda mużikali tagħhom u dik ta’ Citta di Scicli fi Sqallija.
Dan wara li l-Banda San Ġużepp kellha l-opportunità li taqsam it-talenti tagħha f’servizz f’Scili f’Marzu li għadda.
ONE News tkellem ma’ Simon Attard, President tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Kirkop li ddeskriva dan l-iskambju bħala esperjenza indimentikabli.
“ESPERJENZA POŻITTIVA ĦAFNA. KELLNA KUMMENTI SBIEĦ MID-DELEGAZZJONI LI KONNA. KIENET ESPERJENZA FEJN TGĦALLIMNA WKOLL U ESPERJENZAJNA D-DIVERSITA U FIL-MOD KIF NIĊĊELEBRAW IL-FESTI TAL-ISTESS PATRUN.
Waqt żjara f’dan il-każin mimli bi storja u kultura, kellna l-opportunità li nitkellmu ma’ Girolamo Manenti, Surmast tal-Banda Taljana li stqarr li hu unur kbir għalih u għal mużiċisti li qed idoqqu fil-festa tal-patrun tagħhom f’Malta.
“ĠEJNA MILQUGĦA B’ENTUŻJAMU KBIR U ALLURA QED NISTENNA L-ISTESS ĦAĠA. ANKE AĦNA NINSABU LESTI LI NAGĦTU L-MASSIMU TAGĦNA U SE NARAW LI NARAW LI NAGĦTU L-AQWA TAGĦNA. FIL-FATT ĠIBNA L-MUŻIĊISTI KOLLHA TAGĦNA U NINSABU KBURIN B’DAN IL-GEMELLAGG”
Iż-żewġ baned se jingħaqdu flimkien biex idoqqu f’żewġ programmi mużikali is-Sibt u l-Ħadd fejn tintlaħaq il-festa tal-Ġużeppini Koppin.