Il-Union Maltija tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN issospendiet l-azzjonijiet industrijali wara li laħqu ftehim mal-uffiċċjali tal-Ministru tas-Saħħa li se jiddiskutu matul dan tmiem il-ġimgħa.
Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi tweet.
#MUMN to suspend industrial actions following agreement to meet with #Health Ministry officials over the weekend.
— Chris Fearne (@chrisfearne) July 6, 2018
Huwa ħabbar li l-azzjonijiet industrijali mill-MUMN ġew sospiżi u li l-unjin se tiltaqa’ ma’ uffiċjali tal-Ministeru.
L-MUMN kienet ddikjarat tilwima industrijali u fil-jum tal-Ħamis kien hemm azzjonijiet industrijali mill-infermiera fl-isptarijiet, ċentri tas-saħħa u d-djar fil-kommunità wara li ma ntlaħaqx qbil fuq ftehim settorjali ġdid mal-infermiera.