Sirjan t’erbgħin sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li darab ħafif lis-sieħba tiegħu u beżża lilha u lil bintha.
Alaeddin Halbie, refuġjat Sirjan wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Huwa ma kkontestax l-arrest iżda talab għal-libertà proviżorja iżda l-Qorti ċaħdet dan minħabba li s-sieħba tiegħu għad trid tixhed.