Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali se jniedi miżura oħra ta’ simplifikazzjoni bil-għan li jkompli jnaqqas l-iskariġġ żejjed tal-pubbliku u jagħmel il-ħajja tan-nies iktar faċli.
Mill-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2018, ftit aktar minn 4,000 benefiċjarju li kienu jġeddu l-karta r-roża darba kull sena minħabba l-marda kronaka tad-dijabete, se jirċievu waħda bil-posta li tibqa’ valida għal għomorhom.
Permezz ta’ din il-miżura se jintemm darba għal dejjem l-iskariġġ tal-benefiċjarji li kienu jżuru l-uffiċini distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew il-hubs reġjonali tal-aġenzija servizz.gov biex jgħaddu mill-proċess ta’ tiġdid.
F’każ li xi ħadd ikun jixtieq aktar informazzjoni għandu jċempel freephone 153 jew jirrikorri f’wieħed mill-uffiċini distrettwali li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għandu madwar Malta u Għawdex jew f’hub reġjonali tal-aġenzija servizz.gov.