Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-membri tal-kabinett ippartecipaw fid-djalogu soċjali organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ.
Membri tal-Kamra tal-Kummerċ ingħataw opportunità sabiex isaqsu lill-Prim Ministru fuq temi diversi li b’xi mod jew ieħor jaffetwaw lilhom fid-dinja tal-kummerċ.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Frank V. Farrugia rringrazzja lil gvern ta’ din l-opportunità li jitkellmu b’mod dirett fuq temi sensitivi mal-Prim Ministru.
Tkellem dwar it-traħħis sinifikanti fil-kontijiet tad-dawl ghan-negożji u dwar l-investiment li għamlet l-Enemalta biex toffri provista sigura.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-iskema tal-flixken tal-plastik fejn irrikonoxxa li hawn qbil fuq din l-iskema iżda l-gvern huwa kommess li jkompli jiddiskuti mal-Kamra tal-Kummerċ. Tkellem dwar is-settur finanzjarju u l-blockchain, hekk kif din il-ġimgħa mill-Parlament għaddew liġijiet sabiex ikollna qafas legali dwar il-blockchain.
F’pajjiżna li qed nesperjenzaw tkabbir ekonomiku, bl-ogħla rata ta’ nies fid-dinja tax-xogħol.
Dan kollu qed iwassal biex aktar kumpaniji f’oqsma diversi sabiex jinvestu f’pajjiżna. Hawn tkellem dwar l-investiment li qed isir fil-qasam tas-saħħa filwaqt li l-isptar jibqa b’xejn.
Dwar il-ħaddiema barranin, il-Prim Ministru qal li kien hemm bidla fil-proċess għal ħrug ta’ permess tax-xoghol għall-ħaddiema barranin.
Bejn Jannar u Mejju nħargu 3000 permess. Wara li s-sistema ġiet aktar effiċjenti, inħargu 2000 permess f’Ġunju.
Il-Prim Ministru qal li minkejja suċċess miksuba se nibghqu gvern probuisness u l-ħaddiema naraw li jkollhom kundizzjonijiet aħjar. Filwaqt li nnota li fadal ħafna x’isir.