Ġuvni jinsab fil-periklu tal-mewt wara li flimkien ma 7 żgħażagħ oħra intlaqtu minn vettura tat-tip Subaru Impreza.
Irriżulta li fil-ħamsa neqsin għaxra, ġuvni ta’ għoxrin sena minn Birkirkara allegatament tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu fi Triq Ġorg Borġ Olivier.
Konsegwenza t’ hekk, huwa tela fuq bankina u laqat liż-żgħażagħ li kienu mexjn lejn Tas-Sliema.
Iż-żgħażagħ li kienu nvoluti huma:
- Ġuvni Olandiż ta’ 25 sena li qiegħed isofri minn ġrieħi serji;
- Ġuvni Ingliż ta’ 25 sena li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi
- 3 ġuvintur Olandiżi u ġuvni Ingliż li qed isofri minn ġrieħi ħfief
- 2 nisa ma sofrew l-ebda ġrieħi
Dwar dan il-każ ġiet imsejħa inkjesta Maġisterjali bil-Maġistrat tal-Għassa Dr Francesco Depasquale LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jgħinuh.
Il-Ministru Chris Fearne permezz ta’ Twitter qal li dwar dan il-każ infetaħ helpline fuq in-numru 25454900.
8 hospitalized after #Sliema accident this morning – 1 in very critical condition. Emergency staff’s response exemplary. #Helpline: 25454900
— Chris Fearne (@chrisfearne) July 6, 2018
Ritratti/Filmat: Kurt Mallia/Ġaħan Online