Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali lbieraħ salvaw ferħ ta’ qattus li spiċċa maqbud fil-makkinarju ta’ karozza.
Kien ilbieraħ filgħaxija f’Tas-Sliema li ferħ ta’ qattus kien se jintlaqat minn vettura u bil-biża’ tela’ fil-makkinarju ta’ karozza oħra minn taħt sabiex jistaħba bil-konsegwenza li spiċċa maqbud hemm ġew.
Persuni li kienu fuq il-post indunaw b’dak li ġara li bdew jitolbu l-għajnuna biex jgħollu l-karozza biex joħorġu lill-istess qattus.
Kien proprju ftit wara sejħa għall-għajnuna lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll l-Ambulanza tal-Annimali, li wara ħidma sfieqa salvaw il-ferħ ta’ qattus.