Professjonista tas-saħħa ġiet arrestata b’suspett li qatlet tmient itrabi u l-attentat ta’ qtil ta’ sitta oħra.
Il-Pulizija ta’ Cheshire fir-Renju Unit qalet li l-arrest tal-mara huwa pass importanti ‘l quddiem fl-investigazzjonijiet dwar l-imwiet fl-isptar Countess of Chester. Il-Pulizija kienet qed tinvestiga l-imwiet ta’ 17-il tarbija fis-sezzjoni tat-twelid bejn Marzu tal-2015 u Lulju tal-2016.
L-investigazzjoni kienet qed tittratta wkoll 15-il inċident fejn fortunatament ma mietux trabi.
Għal mistoqsijiet dwar jekk ġewx sospiżi xi mpjegati, l-isptar ma’ ta’ l-ebda kummenti, bil-pulizija ma tiżvelax l-irwol li kienet tokkupa l-persuna arrestata.
Kelliem għal pulizija qal li l-investigazzjoni hija waħda kumplessa u sensittiva u li l-uffiċjali tal-pulizija qedgħin jagħmlu dak kollhu possibli biex jiġi stabbilit fid-dettall dwar x’wassal għal dawn l-imwiet tat-trabi.