Il-Ministru tal-Intern Ġermaniż Horst Seehofer żvela li qed jipjana li jirriżenja bħala protesta għall-politika tal-immigrazzjoni li qed tadatta il-Kanċillier Ġermaniż Agela Merkel – Dik li tasal għal qbil ħolistiku bejn il-pajjiżi Ewropej kollha.
Seehofer li hu meqjus bħala ħolqa fundamentali fil-koalizzjoni ta’ Merkel argumenta li l-Pulizija għandhom jibgħatu lura lill-immigranti li jfittxu l-għażil fil-fruntiera tal-Bavarja.
Hu mifhum li Merkel u Seehofer se jiltqagħu biex jipruvaw jaslu għal qbil dwar din il-kwistjoni iżda huma ħafna l-persuni qrib tagħhom li qed jgħidu li hu remot ħafna ċ-ċans li jilħqu kompromess.
Din il-kwistjoni qed tpoġġi d-dominanza parlamentari ta’ Merkel f’riskju li tisfaxxa. Dan għaliex jekk Seehofer ixolji l-allejanza li għandu ma’ Merkel, din tal-aħħar ma jibqaliex biżżejjed maġġoranza biex tmexxi l-Gvern, b’riskju li tissejjaħ elezzjoni.