Il-kandidat Andrés Manuel López Obrador rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali tal-Messiku fejn fl-ewwel diskors tiegħu qal li issa mistennija bidla.
L-eks Sindku ta’ Mexico City, magħruf bħala Amlo, mistenni li jirbaħ b’53%.
Il-messaġġ ewlieni ta’ López Obrador kien li se jiġġieled kontra l-korruzzjoni fejn fil-passat kien ikkritika bil-kbir lill-President tal-Amerika Donald Trump.