Fl-elfejn u sbatax, saru kważi mitejn u wieħed u sittin elf vjaġġ minn u lejn Malta, Għawdex u Kemmuna, li tfisser żieda ta’ għaxra punt tlieta fil-mija meta mqabbla mal-elfejn u sittax.
Dan irriżulta minn statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika li turi li r-residenti Maltin li żaru r-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna għal mill-inqas lejl wieħed, ammontaw għal tnejn u ħamsin punt erbgħa fil-mija tat-total ta’ turisti li żaru r-reġjun.
Bħala medja, l-Maltin damu tliet iljieli u kienu ta’ bejn il-ħamsa u għoxrin sena u l-erbgħa u erbgħin sena.
Il-maġġoranza tagħhom vjaġġaw għal skopijiet ta’ vaganza u kien hemm żieda ta’ ħamsa u tletin punt sitta fil-mija fuq l-istess perjodu li għażlu li joqgħodu f’akkomodazzjoni kollettiva.
Interessanti wkoll, li r-residenti Maltin nefqu mal-erbgħin miljun ewro, li juri żieda ta’ kważi digħa fil-mija meta mqabbel mal-elfejn u sittax.
Barra minn hekk, kien hemm ukoll żieda fir-residenti Għawdxin u minn Kemmuna li żaru Malta hekk kif dawn ammontaw għal kważi erbgħa u għoxrin elf persuna, li tfisser żieda ta’ tnejn u tletin fil-mija meta mqabbel mal-elfejn u sittax.