Tifla ċkejna tilfet ħajjitha wara li “sploda” bouncy castle f’bajja f’Norflok fil-Lvant tal-Ingilterra.
Xhieda fuq il-bajja qalu li kienu bosta li l-Ħadd filgħodu sejħu għall-għajnuna tat-tobba. Ingħad t-tifla tilfet ħajjitha minkejja kull tentattiv li sarilha mill-paramediċi biex isalvawlha ħajjitha.
Kelliema għas-Servizz tal-Ambulanzi fir-Renju Unit tat ħajr lil kull min ta l-għajnuna lit-tifla u għamlu dak kolluli setgħu biex jagħtuha l-kura.
Intant il-pulizija għalqu ż-żona ddedikata għat-tfal fil-bajja ta’ Gorleston fejn in-nies kienu qegħdin jixxemxu f’temp mill-aktar sħun.
Skont xhieda fuq il-post, it-tifla tilfet ħajjitha wara li sploda biha l-bouncy castle waqt li xhud ieħor stqarr li l-vittma dehret timbeżaq fl-arja mal-isplużjoni. It-tnejn iddeskrivew l-inċident bħala “xokkanti”.
Sid ta’ ħanut fil-qrib tal-bajja ġie kkwotat jgħid li sema’ ħoss kbir u wara kommossjoni kbira b’ħafna nies jiġru.
Dan il-każ seħħ wara li żewġ persuni ġew ikkundannati tliet snin ħabs f’Essex f’Ġunju li għadda wara li tifla ta’ seba’ snin tilfet ħajjitha f’inċident simili fuq bouncy castle.
Id-deputat parlamentari Robert Halfon talab lill-gvern jikkonsidra t-twaqqif temporanju ta’ bouncy castles f’żoni pubbliċi. Dan sakemm jiġi aċċertat li m’humiex ta’ periklu għas-saħħ tat-tfal.