Il-Pulizija qed iżżomm madwar disa’ immigranti li daħlu fuq dgħajsa f’Marsaskala, b’mara u tifel ikunu fost id-disa’ immigranti.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:30 fejn fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit. Dan wara li sar rapport li kien hemm numru żgħir ta’ persuni li daħlu fuq dgħajsa qrib il-pitch tal-waterpolo f’Marsaskala.
L-istess immigranti kkonfermaw li huma daħlu bid-dgħajsa u li fosthom hemm seba’ Sirjani u żewġ Libjani.
L-istess immigranti ppruvaw jaħarbu minn fuq il-post bil-Pulizija jkunu pronti fejn żammew lill-immigranti bil-Pulizija tagħmel tfittxija fiż-żona biex jiġi assigurat li l-ebda immgirant ma ħarab.
Fuq il-post issejħu wkoll il-Pulizija tal-immigrazzjoni sabiex jassistu f’din l-operazzjoni.