Kriminal Franċiż magħruf ħarab minn ħabs fi Franza permezz ta’ ħelikopter, kmieni l-Ħadd filgħodu.
Rapporti fil-midja Franċiża qed jgħidu li Redoine Faid, li għandu sitta u erbgħin sena, ħarab mill-ħabs Reau bl-għajnuna ta’ tliet persuni armati.
Il-kriminal Franċiż-Alġerin kien deskritt bħala wieħed mill-agħar kriminali mill-elfejn u tlettax lil hawn. Filfatt, din hija t-tieni darba li rnexxielu jaħrab mill-ħabs.
Tul il-jum, midja internazzjonali rrapurtat kif il-ħelikopter instab maħruq kmieni wara nofsinhar.