Għamluha għall-finali t-tim nazzjonali Malti tal-basketball tal-irġiel dan wara li rnexxielhom jegħlbu lill-Ġibilta bl-iskor ta’ 102-57.
It-tim kompost minn 12-il żagħżugħ li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-17 u t-22 sena jinsabu f’San Marino fejn qegħdin jipparteċipaw fiċ-Championships tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej.
Il-finali ta’ dawn iċ-Championships ser jintlagħbu aktar tard illum fejn it-tim ser jilgħab kontra t-tim nazzjonali Norveġiż.