Wayne Deguara intbagħat 15-il xahar ħabs u ġie ordnat iħallas 4,000 ewro multa wara li nstab ħati li agredixxa uffiċjali tal-pulizija ġewwa għassa.
Wara mumenti ta’ deliberazzjoni mal-avukata tiegħu l-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh. L-avukata Dr. Ellul talbet lill-qorti biex tieħu in konsiderazzjoni l-fatt li l-akkużat ħallas is-somma ta’ €87.32 għad-danni li kkawża.
L-ispettur Charlotte Curmi qalet li s-sentenza kellha twassal messaġġ li aġir bħal dan mhux aċċettabli. L-akkużat deher aġitat fl-awla filwaqt li spikka l-biki tal-familjari li kienu preżenti.