Il-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qiegħed iqarraq dwar dgħajsa oħra bl-immigranti li tinsab titlajja’ fiż-żona ta’ tiftix u ta’ salvataġġ fil-Libja. Din id-darba d-dgħajsa hija l-Openarms, dgħajsa oħra ta’ għaqda mhux governattiva li ttajjar il-bandiera Spanjola.
Fi tweet il-Ministru Salvini qal li d-dgħajsa tinsab fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fil-Libja u li l-eqreb port huwa dak ta’ Malta. Madankollu one.com.mt jinsab informat li d-dagħjsa tinsab iktar qrib il-gżira ta’ Lampedusa.
B’reazzjoni, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia wieġeb lill-Ministru Salvini u qal sostna li l-intervent tal-vapur OpenArms seħħ fiż-Żona ta’ Tiftix u Salvataġġ tal-Libja bejn il-Libja u Lampedusa, fl-Italja.
Il-Ministru appella lil Salvini biex jieqaf ixerred aħbarijiet skorretti u jżeffen lil Malta fin-nofs bla raġuni.
Il-Ministru ppubblika wkoll mappa li turi l-pożizzjoni tal-vapur li tixhed dak li l-vapur jinsab bejn il-Libja u Lampedusa.
@matteosalvinimi solo per chiarire che intervento #OpenArms e’ accaduto in SRR Libica tra Libia e Lampedusa, Italia. La smetta di diffondere notizie scorrette tirando in ballo Malta senza alcuna ragione.Publiciamo mappa cosi tutti possono constatare.Questi sono fatti non opinioni