‘X’ħin kiltu ħassni kuntenta.’
‘Differenti – sħabi bdew jgħiru naqra xħin għedtilhom.’
Din kienet ir-reazzjoni ta’ wħud li kielu towst partikolari f’Hong Kong u li ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta. Towst tal-qawsalla – hekk qed isejħulu! Dan għax huwa ikkulurit permezz tal-ġobon li jintuża – ġobon togħma ta’ ħabaq, tadam u saħansitra lavanda, li jtiħ lewn differenti.
Dak li ħoloq din it-towst ma basarx li ħa jiġbed tant attenzjoni u wisq inqas l-interess tal-klijenti.
Għalkemm bosta kkummentaw li t-togħma mhix daqshekk eċċezzjonali, żgur li t-towst tidher tajba fir-ritratti.