L-Imnarja. Jum iddedikat lill-bdiewa u li matulu jkollhom iċ-ċans jesebixxu l-aqwa frott, ħxejjex u bhejjem tagħhom.
Dan hekk kif illum il-pubbliku jkollu ċans jiċċelebra din il-festa bi żjara fil-ġonna tal-Buskett biex jaraw il-bżulija tal-bdiewa u r-raħħala li wettqu matul is-sena biex jipprovdu l-aqwa prodotti.
Waqt din iċ-ċelebrazzjoni ma jonqosx l-ikel tipiku Malti u kif ukoll xi għannej biex ikompli jżewwaq l-atmosfera.
Fost il-wirjiet tal-annimali, wieħed jista’ jara sriedaq, fniek u bosta annimali oħrajn.