Sena wara l-elezzjoni ġenerali u ħdax-il xahar bogħod mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, stħarriġ tal-gazzetta “It-Torċa” juri distakk notevoli bejn il-mexxejja taż-żewġ partiti politiċi ewlenin f’pajjiżna.
Meta n-nies ġew mistoqsija lil liema mexxej ta’ partit l-aktar li jafdaw f’Malta, 62.8% għażlu lil Joseph Muscat, filwaqt li 36.6% fil-mija għażlu lil Adrian Delia.
L-istħarriġ staqsa wkoll li “li kieku kellha ssir elezzjoni għada, lil liema partit tivvota?”
58.8% għażlu lill-Partit Laburista u 40.7% għażlu lill-Partit Nazzjonalista.
Biex id-distakk bejn il-mexxejja huwa dak ta’ 26.2%, u dak bejn il-Partiti huwa ta’ 17.8%.
Dan l-istħarriġ sar minn Dr. Vincent Marmara – statistiku u riċerkatur bi professjoni, li l-istħarriġ tiegħu fl-aħħar elezzjoni kien l-aktar wieħed korrett li bassar eżatt kemm se tkun id-differenza ta’ voti bejn il-partiti.