Aġenzija li tippromwovi n-negozju u l-investiment fil-Korea ta’ Isfel bl-isem ta’ KOTRA ħabbret li se tkun qed iżżur pajjiżna ta’ spiss sabiex tipprovdi lil negozji Maltin l-assistenza neċessarja għal negozju bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dan tħabbar meta l-Malta Enterprise organizzat seminar li matulu rappreżentant tal-aġenzija Koreana tkellem dwar opportunitajiet bejn Malta u l-Korea t’Isfel.
Is-sessjonijiet ta’ informazzjoni għal negozji Maltin se jkun bla ħas. KOTRA hija aġenzija li ffaċilitat l-iżvilupp tal-ekonomija tal-Korea t’Isfel, li hija bbażata l-aktar fuq l-esportazzjoni. Hija aġenzija li tifhem ħafna wkoll fil-promozzjoni ta’ negozji żgħar u medji.