Il-bastiment Lifeline kiser ir-regoli billi injora d-direzzjonijiet taċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ Taljani u Libjani.
Sostna dan il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat fi tweet fuq Twitter fejn qal li l-bastiment għandu jmur lejn id-destinazzjoni oriġinali sabiex is-sitwazzjoni ma tkomplix teskala.
Il-Prim Ministru qal li minkejja li m’għandha ebda responsabbiltà, Malta pprovdiet provvista umanitajra filwaqt li l-Forzi Armati ta’ Malta għaddejjin b’evakwazzjoni medika ta’ persuna waħda.
#Lifeline broke rules by ignoring #Italy directions in #Libya SRR.Should move from position towards their original destination to prevent escalation.Despite having no responsibility #Malta just provided humanitarian supplies & @Armed_Forces_MT carrying out medical evac of 1pax-JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) June 23, 2018