Carmelo Falzon ta’ 44 seba minn Ħal-Qormi ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li l-Ħamis kellu xi jgħid ma’ grupp ta’ nies li kienu qed jarmaw għall-festa. Dan wara li l-forklifter li kien qed jintuża għall-armar ikkawża xi ħsara fil-bieb ta’ Falzon.
Filmati mic-CCTV cameras juru lill falzon jeħodha mal-pulizija wara li kkonfronta lill-voluntiera li kienu qed jarmaw.
Ir-raġel ġie akkużat li kkawża ġrieħi gravi lil pulizija, li heddidhom u li rreżista l-arrest b’mod vjolenti kif ukoll li m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija.
L-avukatessa Martha Mifsud talbet għall-ħelsien mill-arrest hekk kif fl-ebda ħin l-akkużat ma pprova jattakka lill-pulizija u huwa l-unika persuna li jmantni lill-familja tiegħu.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest sforz il-biża li Falzon jista’ jerġa jwettaq akkuża oħra waqt il-festa u minħabba l-fatt li mhux kapaċi jikontrolla lilu nnifsu meta jkun irrabjat.