David Casa mar għand il-Kummissarju Ewropew Franz Timmermans biex jirrapporta liċ-Ċermen ta’ V18, Jason Micallef, għal kummenti li għamel.
Iżda, Timmermans ma tahx wisq sodisfazzjon. Fi ftit kliem qallu li mar għalxejn għand il-Kummissjoni Ewropea.
Lil David Casa l-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea qallu li l-Kummissjoni Ewropea hi responsabbli biss biex tara li r-regoli tal-Kapitali għall-Kultura Ewropea jkunu segwiti b’mod korrett.
U ladarba Timmermans waqaf hemm deher ċar li m’hemm ebda kwistjoni b’rabta ma’ dan. Fil-fatt il-Kummissjoni kellha iktar minn rapport ta’ tifħir wieħed dwar il-mod kif il-V18 qed tmexxi l-inizjattivi tagħha.
David Casa xtaq li l-Kummissjoni Ewropea tieħu xi passi kontra Micallef jew kontra Malta. Iżda, għal darb oħra baqa’ b’xiber imnieħer!