Id-Deputat Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Cinque Stelle Liugi Di Maio, qal li l-Italja tista’ taqta’ l-provvista tad-dawl lil Malta mill-interconnector minħabba l-pożizzjoni li żamm pajjiżna fid-dawl tal-kwistjoni Aquarius.
Di Maio qal dan waqt il-programm Porta a Porta fuq Rai Uno il-bieraħ.
Bl-interconnector, li jgħaqqad li, jwassal sa’ Ragusa, fi Sqallija, l-awtoritajiet Maltin jixtru l-elettriku minn swieq Ewropej bi prezzijiet tas-suq.
Di Maio baqa’ jinsisti li l-bastiment kien fit-territorju Malti, u għalhekk, kellu jinġieb f’port Malti.
Madanakollu l-Gvern Malti żamm sod u qal li Malta diġa’ hija konformi mar-regoli nternazzjonali dwar l-immigrazzjoni. Eventwalment il-bastiment Aquarius ittieħed Spanja.
http://www.one.com.mt/2018/06/20/il-gvern-iwiegeb-ghad-dikjarazzjonijiet-tal-vici-prim-ministru-taljan/