Hekk kif il-logħob tat-Tazza tad-Dinja għaddej ġmielu, jidher li dan il-perjodu ma jġibx biss ħafna entużjażmu, iżda wkoll nuqqas ta’ produzzjoni. Il-fattur? …ħafna ħaddiema jagħżlu li jieħdu leave u anke xi ġurnata sick biex jaraw it-tim favorit tagħhom.
F’Malta dan ma jidhirx li huwa l-każ. Diane Izzo imprenditriċi lokali li tħaddem għexieren ta’ ħaddiema stqarret li f’Malta kompetizzjoni bħal dik tat-Tazza tad-Dinja jkunu mistennija ħafna.
Izzo qalet li “Il-leave mhux daqsekk nista nitkellem fuq l-impjegati tiegħi ma tantx jitolbu leave li nqalgħu t-taljani iżjed u iżjed għax ovjament malta meta jkun hemm it-taljani jew l-ingliżi pero jien il-world cup naraha ġġib iżjed kummerċ jiġifieri, ngħidlek il-verita, n-nies joħorġu iżjed naraha xi ħaġa pożittiva onestament”
Dan in-nuqqas ta’ entużjażmu deher sew fit-toroq ta’ bosta bliet u rħula Maltin. Għal kuntrarju tas-snin imgħoddija, ftit li xejn rajna twieqi u gallarijiet imżejna bil-bnadar ta’ pajjiżi li qegħdin jissieltu għar-rebħ ta’ din il-kompetizzjoni.
Joe Farrugia mill-Assocjazzjoni ta’ min iħaddem sostna li minkejja li dawn il-logħob jistgħu joffru xi sfidi lill-min iħaddem l-miżuri tal-family freindly measures qed jgħinu f’dan ir-rigward.
Joe Farrugia spjega kif “Illum bil-ħinijiet flessibli, il-fatt li din is-sena l-world cup il-logħob ħafna minnu mhux bil-lejl fit-tard, imma anki minħabba xiftijiet, flexible hours, flok qed joħduhom issa għal family friendly measures qed jititieħdu biex jaraw il-logħob”
Is-sinjura Izzo qalet ukoll li minkejja x-xiri jiżdied mill-inħawi kollha tal-gżira, l-inħawi turistiċi huma l-aktar li jaraw żieda fil-bejgħ.
Izzo qalet li “San Ġiljan u Sliema hija ħaġa ta’ barra minn hawn ikollna naraw fejn hu l-iżjed li jġib kummerċ huwa San Ġiljan u Ta’ Sliema.”