Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, mar żmerċ bi 33% meta kien qed jitkellem dwar il-faqar u n-nies li jaħdmu.
Espona dan id-Deputat Laburista, Clayton Bartolo, meta kien qed jitkellem permezz ta’ facebook live fuq il-paġna tal-Partit Laburista. Delia qal li hawn 70,000 li jaħdmu u qegħdin fil-faqar.
Iżda kif wera Bartolo din mhi xejn għajr ‘gaffe’ oħra ta’ Delia.
Iżda, dan ma kienx l-uniku żball. Skont rapport fi Newsbook ilbieraħ qal ukoll li dawn huma 70,000 missier. Meta lanqas biss hawn 70,000 missier b’dipendenti fuqhom! Aħseb u ara kemm hawn dan l-ammont fil-faqar.
Bartolo qal li dan juri li Delia ma jistax ikun fdat.