Il-Ministru Konrad Mizzi rebaħ €2,000 f’danni wara li artiklu b’rabta mal-Panama Papers irriżulta li kien libelluż u ma kienx ibbażat fuq il-fatti.
L-artiklu ta’ The Malta Independent kien jgħid li ‘Konrad Mizzi did not divulge he was a politician – cofounder of Mossak Fonseca.’
F’dan l-artiklu kien ikkwotat uffiċjal ta’ Mossak Fonseca fejn intqal li dan kien qed jgħid li Konrad Mizzi ma kienx iddikjara li huwa politiku. Xi ħaġa li hija gidba u eventwalment irriżulta wkoll li anke l-uffiċjal ta’ Mossak Fonseca ma qaliex kif irapportata f’The Malta Independent.
Mis-smigħ tal-każ irriżulta li dan l-artiklu kien malafamanti u kien innotat kif id-deċiżjoni aħħarija kienet dik tal-editur ta’ The Malta Indepdenet li saħansitra bidel ukoll mill-kontenut tal-ġurnalista.
“Jirriżulta b’mod ċar illi dak iddikjarat mill-gazzetta b’tipi kbar u miktub ukoll fl-artikolu kien żballjat totalment,” innota l-Maġistrat Francesco Depasquale fis-sentenza tiegħu.
“Jirriżulta ċar illi tali tibdil fit-titolu sar unikament biex jirreka dannu u malafama lir-rikorrent u dan ma jistax ma jiġix ikkundannat minn din il-Qorti,” żied jgħid il-Maġistrat