Xena mhux tas-soltu hekk kif xufier għażel li jsuq fi Triq il-Kosta bil-bonnet miftuħ.
Deċiżjoni li żgur tista’ titqies bħala waħda perikoluża u li ħadd m’għandu jsegwi dan l-eżempju hekk kif mhux biss ikun qed ipoġġu ħajtu fil-periklu iżda jkun qed jipperikola ħajjet ħaddieħor.
Il-filmat li tpoġġa fuq Facebook, kellu għadd ta’ reazzjonijiet b’uħud jidħqu kif raw din ix-xena iżda oħrajn isostnu li ma fiha xejn tad-daħq.