B’sitt mija u disgħa u għoxrin immigrant abbord, mat-tbexbix tal-Ħadd, il-port f’Valencia laqa’ l-ewwel dgħajsa bl-immigranti salvati mill-bastiment Aquarius.
Fil-preżenza ta’ uffiċjali tas-saħħa u interpreti, l-immigranti bdew jaslu fi Spanja kmieni filgħodu; fi sfond ta’ impenn mill-Prim Ministru tal-pajjiż li dawn il-persuni se jingħataw servizzi tas-saħħa b’xejn u li l-Gvern se jinvestiga b’reqqa kull applikazzjoni għall-ażil.
Kien għall-ħabta tas-sitta u għoxrin tal-Ħadd filgħodu meta b’mitejn u erbgħa u sebgħin immigrant abbord, daħal fil-port ta’ Valencia l-ewwel bastiment Taljan bl-isem “Dattilo”.
Segwew it-tieni bastiment “the Orione”, u l-Aquarius innifsu.
L-immigranti ddaħħlu fost preżenza qawwija ta’ uffiċjali tal-Pulizija u madwar elf ħaddiem tas-Salib l-Aħmar.
Is-sitt mija u disgħa u għoxrin immigrant abbord l-Aquarius kienu ġejjin minn sittax u għoxrin pajjiż; bil-maġġoranza tagħhom mill-Afganistan, mill-Pakistan u mill-Bangladesh.
Fost l-immigranti kien hemm mija u tlieta u għoxrin minuri mhux akkumpanjati, ħdax-il tifel u tifla taħt it-tlettax-il sena, u seba’ nisa tqal.