Tork ta’ 23 sena, kien x’aktarx involut f’argument ma’ xi persuni oħra fejn allegatament qala’ xi daqqiet u sofra xi ġrieħi. Dan ġara kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4.25. Ġiet infurmata l-pulizija li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fil-post indikat lilha fejn ġie nnutat raġel mitluq mal-art.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Galea LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.