Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ltaqa’ mal-Minister Enzo Moaveri Milanesi fil-Ministeru Taljan għall-Affarijiet Barranin
Iż-żewġ Ministri assiguraw l-impenn tagħhom sabiex jintensifikaw ir-rabtiet storiċi u eċċellenti fuq diversi livelli bejn iż-żewġ pajjiżi.
Huma tkellmu dwar l-opportunitajiet biex isaħħu r-relazzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-koordinazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni, kemm dik bilaterali u kif ukoll fuq livell Ewropew. Dan fil-kuntest biex tiġi riveduta id-Dublin Regulation.
Kemm Malta kif ukoll l-Italja assiguraw li se jkunu qed jaħdmu b’għan wieħed b’rabta mal-kollaborazzjoni fuq kwistjonijiet reċiproki u interessi simili.