Sorsi viċin din il-paġna kkonfermaw li t-tmexxija ta’ Valletta FC qed turi interess fil-plejer offensiv Yuri de Jesus Messias li għal dawn l-aħħar żewġ staguni lagħab ma’ Naxxar Lions.
ONE Sport jista’ jiżvela li n-negozjati għaddejjin b’ritmu tajjeb u mhux eskluż li fil-jiem li ġejjin jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet.
Messias, li għandu 26 sena ilu f’pajjiżna erba’ snin fejn kellu esperjenzi ma’ Mosta FC u Msida St. Joseph.
Minkejja li Naxxar Lions ġew relegati, il-Brażiljan kien wieħed mill-aktar plejers barranin importanti fl-iskwadra li kienet immexxija minn Oliver Spiteri. Filfatt Messias kien l-aħjar skorer tat-tim bit-tmien goals. Il-plejer huwa liberu li jiċċaqlaq hekk kif il-kuntratt li għandu ma’ Naxxar ser jiskadi fi tmiem dan ix-xahar.