Il-lukandi ta’ tliet stilel irrapportaw 30% qligħ aktar fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Il-lukandi komplew jirrapurtaw andament b’saħħtu u pożittiv tul l-ewwel xhur ta’ din is-sena. Dan jikkonfermaħ il-BOV MHRA surevy, li dettalji dwaru ngħataw illum wara nofsinhar.
Kien hemm titjieb irreġistrat fil-lukandi ta’ tliet u ħames stilel, b’dawn tal-aħħar jesperjenzaw żieda t’10.4%fuq it-total ta’ dħul fuq kull kamra.
Kien hemm żidiet ukoll fin-nefqa tal-lukandi, l-aktar minħabba ż-żieda t’impjgeati biex ilaħħqu mad-domanda tax-xogħol. Quddiem dawn ir-riżultati, l-President tal-MHRA Tony Zahra qal li hemm bżonn t’aktar azzjoni olistika biex jiġu trattati sfidi ta’ trasport u konnettività, għax dawn intqal li huma l-akbar sfidi.
Zahra rrikonoxxa l-ekonomija b’saħħitha li qed tħeġġeġ aktar invetsituri jsaħu l-faċilitajiet tagħhom. Waqt is-seminar, il-BOV ġedded l-isħubija tiegħu MHRA.
Ritratt: Shaun Formosa