Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex ġabar 239 tunnellata skart riċiklabbli, jiġifieri 87 kg per capita tul is-sena li għaddiet, biex ġie l-ewwel post fil-GREEN Council Awards.
Green MT, l-Iskema Nazzjonali awtorizzata għal ġbir ta’ Iskart tal-ippakkeġġjar, organizzat is-sitt edizzjoni ta’ dawn l-premijiet.
Irrikonoxxiet l-impenn tal-Kunsilli Lokali biex fl-2015 kompla jizdied is-separazzjoni u l-ġbir tal-iskart riċiklabbli fil-lokalitajiet li jaħdmu id f’id mal-Iskema.
Fl-2015, Green MT ġabret 4986 tunnelata ta’ materjal riċikklabbli minn 28 lokalita’ f’Malta u Għawdex. Iktar minn tliet kwarti ta’ dan it-tunnellaġġ inġabar mill-borza l-griza waqt li 21.6% ingabru mill-Bring in Sites. B’kollox isiru 41 ġabra ta’ borza griza kull ġimgħa f’dawn il-lokalitajiet
Is-sena li għaddiet bdiet tagħmel il-ġabra tal-ħġieġ bieb bieb u b’kollox inġabru 257 tunnellata.
Il-Kap Ezekuttiv ta’ Green MT, Joe Attard qal li “ispiża tal-ġbir kull tunnellata tvarja bejn 217 il-Ewro f’Għawdex u 120 Ewro kull tunnellata f’Malta”. Is-Sur Attard kompla jgħid li “s-sostenibilita’ f’dan is-settur tista’ tkun aħjar jekk ir-resident ikun obbligat bil-liġi li jissepara u joħroġ il- borża l-griża jew il-ħadra”.