Għat-tielet sena konsekuttiva, l-Amministrazzjoni Pubblika nehdiet it-tweġiba tagħha għar-rapport annwali tal-Awditur Generali tal-2016.
B’kollox għamel 200 rakkomandazzjoni.
Mir-rakkomandazzjonijiet tal-2016, ġew implimentati 130: jiġifieri 80 fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet. L-ogħla rata tas-snin li għaddew.
Filwaqt li fit-tlett snin ġew implimentati 600 rakkomandazzjoni tal-Awditur Generali.
Is-segretarju permanenti Mario Cutajar qal li kull Ministeru ntalab jgħid x’azzjonijiet ħa fil-konfront tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-awditur ġenerali.
Qal li s-segretarji permanenti fl-aħħar tas-sena janalizzaw ir-rapport tal-Awditur ġenerali.
Żied jgħid ukoll li saru working groups anki mill-awditur ġenerali sabiex titjieb rakkomandazzjoni li għamel.