F’temp mill-isbah kompla l-Kampjonat tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu bit-tieni ġurnata fil-By-pass ta’ Mtarfa fejnWilliam Hili u Marie Claire Aquilina rebħu l-kategoriji prinċipali.
Il-kategorija Elite kienet mirbuħa minn William Hili tal-Mosta AF Sign Studio CC li spiċċa it-tmien dawriet tiegħu fuq distanza ta’ 20.8 KM fi 31:44.59. Warajh spiċċaw rispettivament Etienne Bonello tat-Team Greens f’ħin ta’ 31:48.15 u Alexander Pettett ta’ Pro Action – CT Volata f’31:50.35.
Marie Claire Aquilina tat-Team Greens għal darb’oħra spiċċat l-ewwel fil-kategorija tan-Nisa meta għamlet it-tmien dawriet tagħha f’ħin ta’ 34:28.61. Din il-kategorija rat suċċess komplet mit-Team Greens meta Michelle Vella Wood spiċċat fit-tieni post f’ħin ta’ 37: 36.63 u seħbietha Danica Bonello Spiteri spiċċat fit-tielet post f’ħin ta’ 37:46.55.
Isaac Spiteri ta’ The Cyclist għal darb’oħra rebaħ il-kategorija tal-Juniors meta spiċċa it-tmien dawriet tiegħu f’ħin ta’ 35:49.79. It-tieni post daħal Gianluca Camilleri ta’ Birkirkara St. Joseph SC f’ħin ta’ 39:45.34.
Il-kategorija Masters 40+ intrebħet minn Ivan Zammit ta’ Birkirkara St. Joseph SC li temm it-tmien dawriet tiegħu f’ħin ta’ 33:14.20. Malcolm Cachia ta’ The Cyclist spiċċa fit-tieni post fit-33:52.04, filwaqt li Kelvin Goodwin ta’ Agones SFC daħal fit-tielet post f’ħin ta’ 35:05.14.
Fil-Masters 50+, Steve Mifsud tal-Mosta AF Sign Studio CC spiċċa t-tmien dawriet tiegħu l-ewwel f’ħin ta’ 34:54.59, filwaqt li Joseph Micallef ta’ The Cyclist daħal fit-tieni post fit- 38:15.46.
Sean Enriquez ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ il-kategorija tal-Under-16 meta temm is-sitt dawriet tiegħu fuq distanza ta’ 15.6 KM f’ħin ta’ 28:43.11. Fit-tieni pożizzjoni spiċċa Mika Zammit ta’ Agones SFC fit-30:31.05. Michael Sean Darmanin ta’ Mosta Studio AF Sign Studio CC daħal fit-tielet post fit-30:34.29.
Il-kategorija Under-14 ġiet mirbuħa mill-ġdid minn Kristina Spiteri ta’ The Cyclists li għamlet l-erba’ dawriet tagħha f’20:37.99. Warajha spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti tal-Mosta AF Sign Studio CC, Bettina Falzon (23:59.79) u Valentina Soler (24:12.03).
Matthew Galea Pirotta ta’ Mosta AF Sign Studio CC kompla jiddominaw il-kategorija tal-Under-14 meta temm l-erba dawriet għal distanza ta’ 10.4km fit-18:14.84. Tristan Aquilina u Luke Joseph Camilleri għamlu l-podium kollu tal-Mosti meta spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament f’20:26.22 u f’20:42.79.
Ir-rebbieħ tal-Kategorija ta’ taħt it-12 il-sena kien Miguel Galea tat-Team Greens li spiċċa d-dawra tiegħu għal distanza ta’ 2.6 km f’ħin ta’ 04:44.39. Isaac Bonnici ta’ Agones SFC daħal fit-tieni post f’05:05.43, filwaqt li Jonas Micallef tal-Mosta AF Sign Studio CC kien it-tielet f’05:26.59.
Wara t-tellieqa, ġew imqassma l-medalji lir-rebbieħa fid-diversi kategoriji minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal- Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.