Il-Bonds tas-62+ għalqu, b’valur totali tal-applikazzjonijiet ikun ta’ ftit aktar minn tlieta u disgħin miljun ewro.
Ħabbar dan il-Ministeru tal-Finanzi fi stqarrija, fejn kien spjegat li mal-ħruġ tal-bonds, l-ammont totali fiż-żewġ kategoriji applikabbli kellu jkun ta’ ħamsa u sittin miljun ewro, bl-ammont jiżdied sa ħamsa u tletin miljun ewro oħra f’każ li d-domanda tkun ikbar.
B’hekk, it-Teżor issa jista’ jżid l-ammont tal-ħruġ sabiex l-applikazzjoniiet kollha jintlaqgħu u jiġu allokati.