Malta se jkun qed ikollha l-ewwel mużew kontemporanju.
Dan b’investiment ta’ €10 miljun li se jkun qed jara lil dan il-mużew, bl-isem ta’ Micas, jinbena fil-Furjana fejn mistenni jkun lest sas-sena 2021.
Dan il-proġett tnieda dalgħodu mill-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici flimkien mas-Segretarju Parlamentari Deo Debattista f’konferenza tal-aħbarijiet fil-ġnien ta’ Sa Maison fejn ser jinbena dan il-proġett.