Dalgħodu mara sfat feruta wara inċident stradali fi Triq ix-Xatt, f’Tas-Sliema.
Ħabta seħħet bejn tliet vetturi – Renault Fluence misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imsida, Hyundai Getz, misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun u Land Rover misjuqa minn mara Franċiża ta’ 35 sena. Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 34 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
Il-mara ma tinsabx fil-periklu tal-mewt iżda n-natura tal-ġrieħi tagħha għadha mhijiex magħrufa. Il-ħabta seħħet fil-karreġġjata direzzjoni minn Tas-Sliema lejn il-Gżira. Għal xi ħin it-triq inagħalqet iżda infetħet minnufih wara.
Il-Pulizija qed tinvetiga.