Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat u l-President Franċiż Emmanuel Macron kellhom konversazzjoni bit-telefon.
Fi stqarrija, il-gvern qal li t-tnejn iddiskutew l-aħħar żviluppi relatati mal-immigrazzjoni fil-Mediterran.
Macron u Muscat tkellmu fuq il-konverġenza taż-żewġ stati membri fuq din il-politika u qablu li jaħdmu flimkien għall-Kunsill Ewropew li jmiss u lil hinn.