Il-Forzi Armati ta’ Malta għadha kif wasslet ftit inqas minn elf flixkun tal-ilma u 800 pakett ta’ ikel lill-bastiment Aquarius.
Din id-dgħajsa li fuqha hemm il-fuq minn 600 immigrant li ġew salvati biswit il-kosta Libjana tinsab fi triqtha lejn Spanja hekk kif l-Gvern Taljan għalaq il-portijiet tiegħu.
Tard ilejla l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat ħabbar li Malta se tkun qed tipprovdi ammont ta’ ikel u xorb lil din il-bastiment sabiex ikun jista’ jkompli bil-vjaġġ tagħha għall-Port ta’ Valenzia fi Spanja.