Fl-elfejn u disgħa kien inkurunat bħala l-iktar pjanista veloċi tad-dinja, hekk kif daqq l-istess nota għal erba’ mija u tmienja u disgħin darba f’minuta.
Imma minbarra l-veloċità kbira tiegħu, il-pjanist Ungeriż HAVASI, tul is-snin saħħar l-eluf bil-melodiji oriġinali tiegħu.
Wara li bil-kunċerti tiegħu saħħar l-eluf f’teatri ewlenin minn madwar id-dinja, bħas-Sydney Opera House u Carnegie Hall fi New York, imma anke Vienna, Abu Dhabi, Jakarta, Istanbul, Bucharest, Budapest, u Miami, issa HAVASI tefa’ għajnejh fuq Malta, b’kunċert fi Pjazza Teatru Rjal fit-tlieta u għoxrin ta’ Ġunju.
B’kunċert bħala parti mit-tour dinji tiegħu, bl-isem ta’ Pure Piano, f’pajjiżna se jdoqq għażla ta’ musika oriġinali tiegħu.
Mużika li saħħret eluf fis-swali tal-kunċerti, imma anke fuq Youtube, fejn il-vidjows tiegħu intwerew iktar minn tletin miljun darba.
Biex il-melodiji oriġinali tiegħu, rikonoxxuti bħala ta’ klassi dinjija, wasal iż-żmien li fi ftit tal-jiem isaħħru anke ’l pajjiżna.