Iċ-Champion Nazzjonali tat-Triathlon Hannah Pace żiedet riżultat pożittiv ieħor meta hi rebħet midalja tad-deheb fil-Grupp tal-eta’ tagħha f’Staffordshire l-Ingilterra fit-tellieqa Ironman 70.3.
Minkejja li l-bidu tat-tellieqa ġiet posposta minħabba ċpar, dewmien li seta’ jħalli effett fuq kwalunkwe atleta b’mod negattiv, Pace irnexxilha tagħmel prestazzjoni tajba biex spiċċat l-għawma ta’ l-1.9km f’30 minuta, 45 minuta.
Fit-taqsima tar-roti, Pace tellqet f’terren li mhux familjari miegħu bit-tlajja u nżul frekwenti li jagħmel ir-rotta iktar diffiċli. Pace qabdet ritmu stabbli fin-nofs tal-maratona biex hekk issiġillat rebħa oħra, b’riżultat finali tad-distanza totali ta’ 113-il kilometru f’ħin ta’ 4.59.25.
B’dan ir-riżultat, Pace kkwalifikat għall-Kampjonati Dinji tal-Ironman 70.3 li ser isiru fl-Afrika t’Isfel. Pace diġà kienet ikkwalifikat għal dawn il-Kampjonati fl-2016 u fl-2017 u kienet l-ewwel atleta femminili Maltija li kisbet dan l-unur.